Appell ippreżentat fl-20 ta' Settembru 2010 minn Salvatore Magazzu mis-sentenza mogħtija fit-8 ta' Lulju 2010 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-126/06, Magazzu vs Il-Kumissjoni
(Kawża T-442/10 P)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Salvatore Magazzu (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Appellata: Il-Kumissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
Is-sentenza mogħtija fil-Kawża F-126/06, Magazzu vs Il-Kummissjoni tiġi annullata.
Id-deċiżjoni tat-13 ta' Diċembru 2005 tiġi annullata fil-parti fejn tikklassifika lill-appellant bħala uffiċjal bi prova fil-grad A* 6, skala 2, mill-1 ta' Jannar 2006.
Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għas-sentenza.
L-appellata tiġi kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedura fl-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-aggravji u l-argumenti prinċipali invokati mill-appellant huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-441/10 P, Kurrer vs Il-Kummissjoni.
____________