Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Diċembru 2011 - BSH vs UASI (ecoDoor)

(Kawża T-625/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 340/2011-1;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ecoDoor" għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex sempliċement deskrittiva.

____________