Language of document : ECLI:EU:T:2013:488





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Settembru 2013 —
Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑429/11)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Assenza ta’ kwalità ta’ benefiċjarju effettiv tal-iskema ta’ għajnuna — Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura — Inammissibbiltàˮ

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 114(1) u (3)) (ara l-punt 20)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali — Interess individwali — Kriterji — Kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva — Assenza ta’ pożizzjoni ta’ negozjatur stabbilita b’mod ċar — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 24, 26, 27)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali — Rikors ta’ impriża li ma hijiex benefiċjarja effettiva tal-imsemmija skema fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni — Inammissibbiltà — Rikors ta’ impriża li bbenefikat minn għajnuna individwali mogħtija taħt din l-iskema iżda li ma hijiex suġġetta għal obbligu ta’ ħlas lura — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 24, 29-37, 40-46)

4.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Distinzjoni bejn interess individwali u interess ġuridiku (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 43)

5.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolamentari fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kwalunkwe att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni ta’ atti leġiżlattivi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprojbixxi skema ta’ għajnuna settorjali — Att li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat — Esklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE) (ara l-punti 50-52, 54)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Rikors għal annullament kontra deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat iddikjarat inammissibbli mill-Qorti Ġenerali — Possibbiltà li l-qorti nazzjonali tiġi proposta li tipproċedi għal rinviju għal deċiżjoni preliminari (Artikoli 263 TFUE u 267 TFUE) (ara l-punt 53)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA huwa kkundannata għall-ispejjeż.