Language of document : ECLI:EU:T:2011:7





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011 – Park vs UASI – Bae (PINE TREE)

(Kawża T-28/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja figurattiva PINE TREE – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 50(1)(a) u Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

1.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 82-85)

2.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami tal-oppożizzjoni - Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti - Użu ġenwin - Kunċett - Determinazzjoni ta’ livell kwantitattiv ta’ użu minimu - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punt 86)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità - Kawżi ta’ revoka - Nuqqas ta’ użu ġenwin mit-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 50(1)(a)) (ara l-punti 89-96)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1882/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Mo‑Hwa Park u Chong‑Yun Bae.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal revoka:

Trade mark verbali PINE TREE għal prodotti fil-klassi 28 – Trade mark Komunitarja Nru 318857

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Chong‑Yun Bae

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja:

Mo‑Hwa Park

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Revoka tad-drittijiet tal-proprjetarju tat-Trade mark Komunitarja kkonċernata kkonstatata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni kkontestata annullata u talba għal revoka tat-trade mark ikkonċernata miċħuda


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mo‑Hwa Park huwa kkundannat għall-ispejjeż.