Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Aldi vs EUIPO (CUCINA)

(Kawża T-527/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CUCINA – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bosse u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 463/2020-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva CUCINA bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 329, 5.10.2020.