Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2010 - Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-228/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller, u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkonċernata minn dan ir-rikors hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawżi T-219/10, Autogrill España vs Il-Kummissjoni, T-221/10, Iberdrola vs Il-Kummissjoni, u T-225/10 Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni, u T-227/10, Banco Santander vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali jixbhu l-motivi u l-argumenti prinċipali invokati fil-kuntest tal-imsemmija kawżi.

____________