Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Marzu 2022 – Proċeduri kriminali kontra EV

(Kawża C-174/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Parti fil-kawża prinċipali

EV

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga 1 , li jikkompletaw id-dispożizzjoni ġenerali prevista fl-Artikolu 354a tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali), flimkien mal-Artikolu 3(4) taz-Zakon za kontrol varhu narkotitchnite veshtestva i prekursorite (il-Liġi dwar il-Kontroll tas-Sustanzi Narkotiċi u tal-Prekursuri tad-Droga), jippermettu li persuna tista’ tinstab ħatja li kellha fil-pussess tagħha sustanza tal-kategorija 3 tal-Anness I, jiġifieri t-tolwena, fi kwantità ta’ żewġ litri?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46.