Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta Frar 2013 - Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-9/10) 

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi esterni relatati mal-provvista ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta' selezzjoni u ta' għoti - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment E. Manhaeve u N. Bambara, aġenti, assistiti inizjalment minn E. Petritsi, avukat, sussegwentement minn E. Petritsi u O. Graber-Soudry, solicitor, iktar sussegwentement minn E. Manhaeve, assistit minn O. Graber-Soudry)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta Ottubru 2009, sa fejn din tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 2, intitolat "Pubblikazzjoni elettronika ibbażata fuq Microsoft SharePoint Server", u, b'mod partikolari, sa fejn tagħti l-kuntratti lill-offerenti magħżula, kif ukoll sa fejn tagħti żewġ kuntratti tal-lott Nru 3, intitolat, "Pubblikazzjoni elettronika bbażata fuq pjattaformi b'sors liberu", lil impriża membru ta' żewġ konsorzji differenti, fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti AO 10224 dwar il-provvista ta' pubblikazzjonijiet elettroniċi (ĠU 2009/S 109-156511), u min-naħa l-oħra, talba għad-danni mressqa abbażi tal-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010