DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)
27 ta’ Ottubru 2017 (*)
“Rettifika”
Fil-Kawża T‑119/10,
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, irrappreżentat inizjalment minn Y. de Vries, J. Langer u C. Wissels, sussegwentement minn J. Langer u M. Bulterman u B. Koopman, bħala aġenti,
rikorrent,
sostnut minn
Ir-Renju tal-Belġju, irrappreżentat inizjalment minn M. Jacobs u T. Materne, sussegwentement minn M. Jacobs u J.‑C. Halleux, bħala aġenti,
u minn
Ir-Repubblika Franċiża, irrappreżentata inizjalment minn G. de Bergues u B. Messmer, sussegwentement minn J. Bousin u D. Colas, bħala aġenti,
intervenjenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn W. Roels u A. Steiblytė, bħala aġenti,
konvenuta,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat‑23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008),
IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),
komposta minn D. Gratsias, President, I. Labucka (Relatur) u I. Ulloa Rubio, Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
tagħti l-preżenti
Digriet
1 Il-Qorti Ġenerali tat id-digriet tat-13 ta’ Settembru 2017, Il-Pajjiżi l‑Baxxi vs Il-Kummissjoni (T‑119/10, EU:T:2017:622).
2 Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑15 ta’ Settembru 2017, il-konvenuta talbet lill-Qorti Ġenerali tirrettifika żball fl-ismijiet tal-aġenti tal-Kummissjoni fil-parti introduttiva tal-imsemmi digriet.
3 Konformement mal-Artikolu 164(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, hemm lok li jiġi rrettifikat żball tal-pinna fil-parti introduttiva tal-imsemmi digriet fl-isem ta’ wieħed mill-aġenti tal-Kummissjoni Ewropea.
Għal dawn il-motivi,
IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)
tordna:
Fil-parti introduttiva tad-digriet tat-13 ta’ Settembru 2017, għandu jinqara “Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn W. Roels u A. Steiblytė, bħala aġenti” minflok “Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn R. Wim u A. Steiblytė, bħala aġenti”.
Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ottubru 2017.
E. Coulon H. Kanninen