Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-119/10) 1

(“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Programm Interreg II /C ‘Għargħar Rhin-Meuse’ – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Rikors manifestament fondat”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn Y. De Vries, J. Langer u C. Wissels, sussegwentement minn J. Langer u M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn M. Jacobs u T. Materne, sussegwentement minn M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti) u Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues, u B. Messmer, sussegwentement minn J. Bousin u D. Colas, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008), hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-Kummissjoni Ewropea, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati l-ispejjeż tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 113, 1.5.2010.