Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Westminster Magistrates’ Court (Ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Svishtov Regional Prosecutor’s Office vs PI
(Kawża C-648/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Westminster Magistrates’ Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Svishtov Regional Prosecutor’s Office
Konvenut: PI
Domanda preliminari
Meta tintalab il-konsenja ta’ persuna rikjesta għall-finijiet tal-prosekuzzjoni tagħha, u meta d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali u d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ikunu t-tnejn li huma ttieħdu minn prosekutur pubbliku, mingħajr ebda involviment ta’ qorti qabel il-konsenja, persuna rikjesta tgawdi mil-livell doppju ta’ protezzjoni stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2016, Bob-Dogi 1 jekk:
l-effett tal-mandat ta’ arrest nazzjonali jkun limitat għad-detenzjoni tal-individwu għal massimu ta’ 72 siegħa għall-finijiet li jitressaq quddiem qorti; u
meta ssir il-konsenja, hija biss il-qorti li għandha tiddeċiedi l-ħelsien jew iż-żamma taħt detenzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ?
____________
1 C-241/15, EU:C:2016:385.