Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 – Stim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Artikolu 151(4) KE – Diversità kulturali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a.(Stim) (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Thomas, solicitor, u N. Pourbaix, avukat)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 — CISAC)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a.(Stim) hija kkundannata għall-ispejjeż.