Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Pécsi Törvényszék - l-Ungerija) – Hőszig Kft. vs Alstom Power Thermal Services

(Kawża C-222/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 23 — Klawżola mdaħħla f’kundizzjonijiet ġenerali — Kunsens tal-partijiet għall-imsemmija kundizzjonijiet — Validità u preċiżjoni ta’ tali klawżola)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hőszig Kft.

Konvenuta: Alstom Power Thermal Services

Dispożittiv

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minn naħa, hija stipulata fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ provvista tal-imprenditur, imsemmija fl-istrumenti li fihom ġew stipulati l-kuntratti bejn dawn il-partijiet u trażmessi meta dawn ġew konklużi, u li, min-naħa l-oħra, tagħżel bħala qrati li għandhom ġurisdizzjoni dawk ta’ belt ta’ Stat Membru, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni dwar il-kunsens tal-partijiet u l-preċiżjoni tal-kontenut tal-imsemmija klawżola.

____________

1 ĠU C 245, 27.7.2015.