Language of document : ECLI:EU:T:2011:749





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-552/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna finanzjarja – Nota ta’ debitu intiża għall-irkupru ta’ għajnuna finanzjarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Preżentazzjoni tat-talbiet - Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(3)) (ara l-punti 8, 10, 11, 19)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 9)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Oneru tal-prova (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 13, 14)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jwassal għal kumpens sħiħ fil-kuntest tar-rikors fil-kawża prinċipali jew ta’ rikors għad-danni fil-kawża prinċipali jew ta’ rikors għad-danni - Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 18)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tan-nota ta’ debitu tad-9 ta’ Settembru 2011 maħruġa mill-Kummissjoni sabiex tiġbor is-somma ta’ EUR 83 001.09 imħallsa fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja insostenn ta’ proġett ta’ riċerki mediċi.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.