Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2013 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-552/11) 1

(“Rikors għal annullament – Kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika – Nota ta’ debitu – Natura kuntrattwali tal-kawża – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà –Kontrotalba għal ħlas”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Settembru 2011 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 83 001.09 imħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja insostenn ta’ proġett u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża għall-kundanna tar-rikorrenti għall-ħlas tal-imsemmija somma, flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

Ir-rikors għal annullament huwa miċħud bħala inammissibbli.

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea ammont ta’ EUR 83 001.09 bħala kapital u EUR 11.37 kull jum bħala interessi moratorji skaduti mill-25 ta’ Ottubru 2011 sal-ħlas tad-dejn prinċipali.

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 6, 07.01.2012.