Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – European Dynamics Luxembourg vs BĊE

(Kawża T-553/11) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ servizzi fil-qasam tal-infrastruttura u tas-sistemi informatiċi favur il-BĊE – Ċaħda tal-kandidatura – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Kriterji ta’ selezzjoni – Konformità ta’ kandidatura mal-kundizzjonijiet previsti mis-sejħa għal kandidaturi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Nuqqas ta’ eżerċizzju tas-setgħa li tintalab informazzjoni dwar kandidatura – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Rikors għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. von Lindeiner u P. Pfeifhofer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad il-kandidatura ta’ grupp temporanju ta’ impriżi, li jinkludi lir-rikorrenti, fi proċedura ta’ sejħa għal offerti nnegozjata dwar servizzi informatiċi, tad-deċiżjoni tal-Awtorità għas-sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi tal-BĊE li tiċħad ir-rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha marbuta tal-BĊE u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Dynamics Luxembourg SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

____________

1 ĠU C 6, 7.1.2012.