Language of document : ECLI:EU:T:2013:60





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2013 — BSI vs Il-Kunsill

(Kawża T‑551/11)

“Rikors għal annullament — Dumping — Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti kkunsinjati mill-Malasja — Importatur indipendenti — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Nuqqas ta’ interess dirett — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Rikors ippreżentat minn importatur li ma huwiex assoċjat mal-esportatur, li ma ħax sehem fil-proċedura amministrattiva u li ma huwiex l-importatur prinċipali jew l-utent finali tal-prodott — Assenza ta’ elementi li jikkostitwixxu sitwazzjoni partikolari li tikkaratterizza lir-rikorrent meta mqabbel ma’ kull operatur ieħor — Inammissibbiltà (ir‑raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 723/2011) (ara l-punti 23-40)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolamentari fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni ta’ atti leġiżlattivi — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Inklużjoni — Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat — Eżistenza ta’ rimedji nazzjonali kontra dawn il-miżuri — Inammissibbiltà tar-rikors għal annullament — Rispett għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ir‑raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 723/2011) (ara l-punti 43, 55-58, 61, 62, 65)

3.                     Unjoni doganali — Tnissil ta’ dejn doganali fuq l-importazzjoni relatat maċ-ċirkolazzjoni libera ta’ merkanzija — Kontestazzjoni tal-eżistenza tad-dejn doganali — Ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 201, 236 u 243 sa 246) (ara l-punti 50-52)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 194, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Brugola Service International Srl (BSI) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.