Language of document : ECLI:EU:T:2013:548





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑554/11)

“Rikors għal annullament — Finanzjament mill-Unjoni Ewropea ta’ ċerti proġetti fit-Tuneżija, fil-kuntest tal-programm EuropeAid — Żvilupp ta’ sistema ta’ informatika integrata għall-organizzazzjoni ġuridika Tuneżina — Irkupru mill-Kummissjoni ta’ djun dovuti minn terz lit-Tuneżija — Nota ta’ debitu — Atti li ma jistgħux jiġu separati mill-kuntratt — Att li ma jistax jiġi appellat — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Eżerċizzju ta’ drittijiet kuntrattwali minn istituzzjoni, f’isem u għal waħda mill-partijiet għall-kuntratt — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE u 288 TFUE) (ara l-punti 29, 30, 35)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Nota ta’ debitu ta’ istituzzjoni li tikkonstata dejn eżistenti u li hija nieqsa minn natura eżekuttiva — Esklużjoni (Artikoli 263 TFUE u 299 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 71(2) u 72(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 78(3)) (ara l-punti 36-38)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tat-talbiet tar-rikors — Formulazzjoni ċara u preċiża — Assenza — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(d)) (ara l-punt 45)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li jitħallsu somom allegatament dovuti u li teżiġi r-rimbors tas-somma ta’ EUR 281 270 mħallsa fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt EuropeAid/124378/D/SER/TN (Nru 2007/145‑464), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Awwissu 2001 (C&F/2001/D/001101), kif ukoll in-nota ta’ debitu Nru 3241108036 irċevuta mir-rikorrenti fis-17 ta’ Awwissu 2011, u tad-deċiżjonijiet kollha relatati tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.