Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Settembru 2011 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-500/09) 1

("FAEGG - Sezzjoni 'Garanzija' - Nefqa eskluża mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għall-ipproċessar taċ-ċitru - Effikaċja tal-kontrolli - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: L. Ventrella u G. Palmieri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: P. Rossi, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7044 finali, tal-24 ta' Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija ta' Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), sa fejn hija teskludi ċerta nefqa magħmula mir-Repubblika Taljana fis-settur tal-ipproċessar taċ-ċitru.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 37, 13.02.2010