Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Ġunju 2015 – EE vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/14) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Talbiet għal annullament – Proċedura ta’ tiġdid – Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ smigħ – Ksur – Talbiet għal kumpens – Dannu morali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EE (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti, li jmissu kien għal żmien indeterminat.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt ta’ EE, ikkomunikata oralment fl-14 ta’ Ottubru 2013, ikkonfermata permezz tan-nota tal-31 ta’ Ottubru 2013 u mmotivata permezz tan-nota tat-13 ta’ Diċembru 2013 hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 10 000.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż esposti minn EE.

____________

1 ĠU C 421, 24.11.2014, p. 59