Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-16 ta' Diċembru 2011 - Land Berlin vs Ellen Mirjam Sapir et

(Kawża C-645/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Land Berlin

Konvenuta: Ellen Mirjam Sapir, Michael J Busse, Mirjam M Birgansky, Gideon Rumney, Benjamin Ben-Zadok, Hedda Brown

Domandi preliminari

Talba għall-ħlas lura ta' ammont imħallas indebitament tikkostitwixxi materja ċivili fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001  fiċ-ċirkustanzi fejn Bundesland ordnat minn awtorità pubblika sabiex iħallas lil vittmi bħala kumpens parti mid-dħul mill-bejgħ ta' art iħallas minflok, indebitament, il-prezz tax-xiri kollu?

Jistgħu talbiet jitqiesu marbuta mill-qrib skont kif meħtieġ mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 meta l-konvenuti jibbażaw ruħhom fuq talbiet ta' kumpens addizzjonali li huma suġġetti biss għal determinazzjoni uniformi?

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplika wkoll għal konvenuti li ma humiex domiċiljati fl-Unjoni Ewropea? Fil-każ li għal din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv, dan japplika wkoll fejn, fl-Istat ta' domiċilju tal-konvenut, skont konvenzjoni bilaterali mal-Istat li jiddeċiedi t-talba, ir-rikonoxximent tas-sentenza jista' jiġi rrifjutat minħabba nuqqas ta' ġurisdizzjoni?

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)