Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – WV vs SEAE

(Kawża T-371/21) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: WV (rappreżentanti: É. Boigelot u B. Garzón Real, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: R. Spáč, S. Marquardt u A. Ireland, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, F. M. Hislaire u L. Lence de Frutos, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-26 ta’ Awwissu 2020 li biha dan impona fuqha s-sanzjoni ta’ tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li ġarrbet insegwitu għal din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

WV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 422, 18.10.2021.