Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2024 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/22) 1

(“FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Proċedura ta’ clearance f’konformità – Rikors għal annullament – Ftehim dwar l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom – Rappreżentazzjoni minn avukat awtorizzat sabiex jeżerċita quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor parti għall-Ftehim ŻEE – Locus standi – Ammissibbiltà – Bidwi attiv – Kunċett ta’ ‘grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi’”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Fuller, aġent, assistit minn T. Buley, KC)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer, J. Aquilina u A. Becker, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, O. Serdula u J. Očková, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2020 tas-17 ta’ Novembru 2021 li teskludi mill-finanzjament mill-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2021, L 413, p. 10), sa fejn tikkonċerna l-ispejjeż li huwa għamel, fl-2017, għall-ammont ta’ EUR 2 686 358.72.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 158, 11.4.2022.