Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-347/21) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporis”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hypo Vorarlberg Bank AG (Brégence, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger, A. Brenneis u J. Holzmann, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: J. Kerlin, D. Ceran u C. Flynn, aġenti, assistiti minn B. Meyring, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti J. Etienne, M. Menegatti u G. Bartram, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt, J. Haunold u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), tal-14 ta’ April 2021, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, sa fejn din tikkonċernaha.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), tal-14 ta’ April 2021, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Hypo Vorarlberg Bank AG.

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22, sa fejn tikkonċerna lil Hypo Vorarlberg Bank, għandhom jinżammu sakemm tidħol fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, deċiżjoni ġdida tas-SRB li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni ex ante għall-Fond uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ din l-istituzzjoni għas-sena 2021.

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti minn Hypo Vorarlberg Bank.

Il‑Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 320, 9.8.2021.