Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2024 – Agus vs EUIPO – Alpen Food Group (ROYAL MILK)

(Kawża T-603/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ROYAL MILK – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova ta’ użu ġenwin ‘fir-rigward ta’ xi wħud biss mill-prodotti jew servizzi’ – Artikolu 58(2) tar-Regolament 2017/1001 – Determinazzjoni ta’ sottokategorija awtonoma ta’ prodotti”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Agus sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: B. Wojtkowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaitė u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alpen Food Group BV (Kaatsheuvel, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Tsoutsanis, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Lulju 2022 (Każ R 2056/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Agus sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 441, 21.11.2022.