Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Nederland - il-Pajjiżi l-Baxxi) – HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, JO vs Aegean Airlines SA
(Kawża C-163/18) 1
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Kanċellazzjoni ta’ titjira – Assistenza – Dritt għar-rimbors tal-biljett tal-ajru mit-trasportatur tal-ajru – Artikolu 8(2) – Vjaġġ kollox kompriż – Direttiva 90/314/KEE – Falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Nederland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, JO
Konvenuta: Aegean Airlines SA
Dispożittiv
L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu, skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġi tiegħu sabiex jikseb ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu, ma għandux iktar, għalhekk, il-possibbiltà li jitlob ir-rimbors ta’ dak il-biljett mingħand it-trasportatur tal-ajru abbażi ta’ dak ir-regolament, inkluż meta l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkunx jista’ finanzjarjament jirrimborsa l-biljett u ma jkun ħa l-ebda miżura biex jiżgura dan.
____________
1 ĠU C 182, 28.05.2018.