Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Novembru 2011 - ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/10) 

["Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Rifjut ta' adattament fit-talbiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); European Federation for Transport and Environment (T&E) (Brussell, il-Belġju); European Environmental Bureau (EEB) (Brussell); BirdLife International (Brussell) (rappreżentanti: S. Hockman, QC, u P. Kirch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Frar 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-ħolqien ta' mudelli ta' bijokarburanti.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta' ClientEarth, tal-European Federation for Transport and Environment (T&E), tal-European Environmental Bureau (EEB) u ta' BirdLife International.

____________

1 - ĠU C 134, 22.05.2010.