Language of document : ECLI:EU:T:2012:347





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 — Deutscher Ring vs UASI (Deutscher Ring Sachversicherungs-AG)

(Kawża T-209/10)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Deutscher Ring Sachversicherungs-AG — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Setgħa li jingħata ordni — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 11)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ servizz — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(e)) (ara l-punti 17, 18)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ servizz — Trade mark verbali Deutscher Ring Sachversicherungs-AG (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)u (c)) (ara l-punti 20-31)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1290/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Deutscher Ring Sachversicherungs-AG bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1290/2009-1) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.