Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2024 – Puma vs EUIPO - Li Puma (LaZZarO by L Puma)
(Kawża T-11/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Puma Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke u P. Trieb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Luca Gottardo Li Puma (Torino, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “LaZZarO by Li Puma” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 317 353
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 2290/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________