Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fil-25 ta’ Jannar 2022 – PannonHitel Pénzügyi Zrt. vs Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.)

(Kawża C-51/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pesti Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PannonHitel Pénzügyi Zrt.

Konvenut: Wizz Air Hungary Légiközlekedési Zrt. (Wizz Air Hungary Zrt.)

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(a), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(1)(a) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li passiġġier jista’ jeżerċita direttament kontra t-trasportatur tal-ajru d-dritt tiegħu għar-rimbors tal-prezz sħiħ tal-biljett bil-prezz li jkun xtrah, u dan, meta huwa jkun irriżerva l-biljett bl-għajnuna ta’ terz li aġixxa bħala intermedjarju u lilu l-passiġġier ħallas il-prezz tal-biljett, u fejn l-imsemmi intermedjarju xtara l-biljett mingħand it-trasportatur tal-ajru u ħallas [lilu] l-prezz tiegħu, meta xejn ma jindika li l-intermedjarju aġixxa fil-kwalità ta’ rappreżentant awtorizzat tat-trasportatur tal-ajru jew li għandu jitqies bħala operatur tat-tours?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.