Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Marzu 2022 – Groenland Poultry SRL, fi stralċ vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură - Centrul Judeţean Dâmboviţa

(Kawża C-169/22)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Groenland Poultry SRL, fi stralċ

Konvenut: Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură - Centrul Judeţean Dâmboviţa

Domandi preliminari

L-Artikolu 47(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li “każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali” tfisser ukoll is-sitwazzjoni li fiha l-benefiċjarju tal-għajnuna jitlef id-dritt li juża l-assi mikrija wara li ġie xolt il-kuntratt ta’ kiri minħabba l-insolvenza tal-proprjetarju tal-assi mikrija (sid il-kera).

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-Artikolu 44(2)(a) tar-Regolament Nru 1974/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li matul il-perijodu ta’ twettiq ta’ impenn meħud bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ, l-azjenda ta’ benefiċjarju hija ttrasferita, kompletament jew parzjalment, lil persuna oħra, u fil-każ li dan it-tieni benefiċjarju, għalkemm ikun wettaq parti importanti mill-impenn, jieqaf mill-attivitajiet agrikoli tiegħu u t-teħid tal-impenn mis-suċċessur ma jkunx fattibbli, it-tieni benefiċjarju tal-impenn [tal-għajnuna] għandu jirrimborsa l-għajnuna li jkun irċieva (korrispondenti għall-perijodu li matulu kien il-benefiċjarju tal-għajnuna) jew għandu wkoll jirrimborsa l-għajnuna li rċieva mill-ewwel benefiċjarju tal-għajnuna.

Liema huma l-kundizzjonijiet li l-qorti nazzjonali għandha tqis fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 44(2)(a) tar-Regolament Nru 1974/2006 sabiex tikkonstata li “ma jkunx prattikabbli għas-suċċessur li jieħu huwa stess dak l-impenn”?

____________

1     ĠU 2008, L 322M, p. 305.