Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2014 – Club Hotel Loutraki et

vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/13) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Użu ta’ apparat għal lotterija vidjo – Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva – Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat – Ittra indirizzata lil-lanjanti – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Club Hotel Loutraki AE (Loutraki, il-Greċja); Vivere Entertainment AE (Ateni, il-Greċja); Theros International Gaming, Inc. (Patras, il-Greċja); Elliniko Casino Kerkyras (Ateni); Casino Rodos (Rhodes, Ateni); u Porto Carras AE (Alimos, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u P. J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. M. Mamouna, aġent); u Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP) (Ateni) (rappreżentanti: inizjalment K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitor, L. Van den Hende u M. Sánchez Rydelski, avukati, sussegwentement M. Petite u A. Tomtsis, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2012 dwar ilment indirizzat mir-rikorrenti dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat allegatament mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil OPAP.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Il-Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos u Porto Carras AE huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.