Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce vs Salvatore Manni
(Kawża C-398/15)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Camera di Commercio, Industria, Artigianato u Agricoltura di Lecce
Konvenut: Salvatore Manni
Domandi preliminari
Il-prinċipju ta’ żamma tad-data personali b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati għal perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx dak meħtieġ għat-twettiq tal-għanijiet li għalihom tinġabar din id-data jew tiġi pproċessata sussegwentement, previst fl-Artikolu 6(e) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995 1 , trasposta bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 1996, tat-30 ta’ Ġunju 2003, għandu jipprevalixxi u, għaldaqstant, jipprekludi s-sistema ta’ pubblikazzjoni mwettqa bir-reġistru tal-kumpanniji, previst bl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-9 ta’ Marzu 1968 2 , kif ukoll bid-dritt nazzjonali fl-Artikolu 2188 tal-Codice Civile u bl-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 580 tad-29 ta’ Diċembru 1994, sa fejn dan ikun jeħtieġ li kulħadd, mingħajr limitazzjonijiet ta’ żmien, ikun jista’ jsir jaf bid-data relatata mal-persuni fiżiċi li jirriżultaw minnu?Għaldaqstant, l-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KE, tad-9 ta’ Marzu 1968, jippermetti li, b’deroga mit-tul ta’ żmien mhux limitat u mid-destinatarji mhux determinati tad-data ppubblikata fir-reġistru tal-kumpanniji, id-data stess ma tibqax suġġetta għal “pubblikazzjoni”, f’tali sinjifikat doppju, iżda minflok tkun disponibbili biss għal żmien limitat u fir-rigward ta’ destinatarji determinati, abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ fdata f’idejn l-amministratur tad-data?
____________1 Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355). L-eww
el Direttiva tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu tal-1968, dwar il-kordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 3).