Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2024 – UV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-253/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: UV, UW, UY u UZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ġunju 2023 li tiċħad it-talbiet imressqa mir-rikorrenti fl-24 ta’ April 2023;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet tagħhom intiżi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-età tal-irtirar tagħhom u tar-rata ta’ akkwiżizzjoni tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni, ir-rikorrenti jinvokaw motiv prinċipali u motiv sussidjarju li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-131/24, CR vs Il-Kummissjoni.

____________