Language of document : ECLI:EU:T:2021:773


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal10 ta’ Novembru 2021 – AC Milan vs EUIPO – InterES (ACM 1899 AC MILAN)

(Kawża T353/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva ACM 1899 AC MILAN – Trade marks verbali preċedenti Milan – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 – Assenza ta’ bidla tal-karattru distintiv”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni 2018/625, Artikolu 10)

(ara l-punti 23 sa 26, 36, 39)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eżami tal-bidla tal-karattru distintiv

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3))

(ara l-punti 49 sa 51)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 72, 73, 107, 113)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa – Determinazzjoni tal-komponent jew tal-komponenti dominanti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 76, 83, 89)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva ACM 1899 AC MILAN u trade marks verbali Milan

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 91, 94, 100, 106, 115)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 110)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑14 ta’ Frar 2020 (Każ R 161/2019‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn InterES Handels- und Dienstleistungs Gesellschaft u AC Milan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Associazione Calcio Milan SpA (AC Milan) hija kkundannata għall-ispejjeż minbarra l-ispejjeż ta’ trasferiment sostnuti minnha.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż ta’ trasferiment sostnuti minn AC Milan.