Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - J vs Il-Parlament

(Kawża T-160/10) 

("Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta' arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri - Rikors għal annullament - Obbligu ta' motivazzjoni - Petizzjoni li ma tirrigwardax xi qasam ta' attività tal-Unjoni ")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: J (Marchtrenk, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Auer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta' Marzu 2010, dwar l-arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri tal-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fid-19 ta' Novembru 2009 (Petizzjoni Nru 1673/2009).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

J. huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.