Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2013 – Pioneer Hi-Bred International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/10) 1

(“Approssimazzjoni tal-liġijiet – Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament fl-ambjent – Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq – Nuqqas tal-Kummissjoni li tressaq quddiem il-Kunsill abbozz ta’ deċiżjoni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International Inc. (Johnston, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Temple Lang, solicitor, u T. Müller-Ibold, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, N. Yerell u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Talba għal dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 265 TFUE, li, billi naqset milli tressaq quddiem il-Kunsill abbozz ta’ miżuri li għandhom jiġu adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124), u billi naqset milli tadotta kwalunkwe miżura oħra li skont l-iżvilupp tal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tista’ tkun neċessarja sabiex tiżgura l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 6, p. 77), il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18.DispożittivIl-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, billi naqset milli tressaq quddiem il-Kunsill abbozz ta’ miżuri b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.