Language of document : ECLI:EU:T:2012:503





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – J vs Il‑Parlament

(Kawża T‑160/10)

“Dritt ta’ petizzjoni – Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li ma tittieħidx azzjoni ulterjuri – Rikors għal annullament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Petizzjoni li ma tirrigwardax xi qasam ta’ attività tal-Unjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 17, 18)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li ma tittieħidx azzjoni ulterjuri adottata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew (Artikoli 227 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 20‑22, 26‑28)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Deċiżjoni li ma tittieħidx azzjoni ulterjuri adottata mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew – Petizzjoni li tirrigwarda allegat ksur, minn Stat Membru, tad-dritt għall-proprjetà stabbilit mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Petizzjoni mingħajr relazzjoni mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Fondatezza tad-deċiżjoni li ma tittieħidx azzjoni (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17 u 51) (ara l-punti 30‑32)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, li ma tittieħidx azzjoni ulterjuri fir-rigward tal-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fid-19 ta’ Novembru 2009 (Petizzjoni Nru 1673/2009).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J. huwa kkundannat għall-ispejjeż.