Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' April 2010 - Entegris vs UASI - Optimize Technologies (OPTIMIZE TECHNOLOGIES)

(Kawża T-163/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Entegris, Inc. (Billerica, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Ludbrook, Barrister u M. Rosser, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Optimize Technologies, Inc. (Oregon City, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' l-appell;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Jannar 2010 fil-Każ R 802/2009-2;

tiċħad l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-appell u mal-proċedimenti tal-oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "OPTIMIZE TECHNOLOGIES", għal prodotti fil-klassi 9.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "OPTIMIZER", għal prodotti fil-klassijiet 1, 9 u 11.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli japplika l-imsemmija dispożizzjoni legali skont il-ġurisprudenza rilevanti, billi kkonstata b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________