Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0539\tra-doc-mt-req_comm-t-0539-2015-201508908-02_00.doc

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – LLR-G5 vs UASI - Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)

(Kawża T-539/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glycan Finance Corp. Ltd (Sheffield, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5” – Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 10 424 703

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2912014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tar-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Novembru 2013 fil-każ B 2 027 053, u sa fejn din laqgħet l-appell tal-parti l-oħra kontra l-istess deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 1 042 4703;tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra, jekk din tintervjeni f’din il-proċedura, għall-ispejjeż.Motiv invokatKsur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________