Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Industrie Aeronautiche Reggiane vs UASI - Audi (NSU)

(Kawża T-541/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Industrie Aeronautiche Reggiane Srl (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentant: M. Gurrado, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “NSU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 593 492

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 2132/2014-2Talbiettannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement l-UASI għandu jwettaq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja;tikkundanna lil Audi AG tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI u quddiem il-Bord tal-Appell.Motivi invokatiAudi AG naqset milli turi użu ġenwin mit-trade mark preċedenti;eżistenza ta’ differenza bejn il-komponenti u l-prodotti lesti;eżistenza ta’ differenza bejn ir-roti u l-prodotti indik

ati fit-

talba għal limitazzjoni tas-16 ta’ Ottubru 2014.

____________