Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 – De Capitani vs Il-Parlament

(Kawża T-540/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Emilio De Capitani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Wolfhagen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni A(2015)4931 tal-Parlament Ewropew, tat-8 ta’ Lulju 2015, li tirrifjuta aċċess sħiħ għad-dokumenti LIBE-2013-0091-02 u LIBE-2013-0091-03 relatati mal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż ta’ kwalunkwe intervenjent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u applikazzjoni żbaljata tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Ir-rikorrent isostni li l-Parlament wettaq żball ta’ liġi u applika b’mod żbaljat l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 inkwantu:

aċċess għad-dokumenti mitluba, li huma parti mill-proċess leġiżlattiv, ma jimminax, b’mod speċifiku, effettiv u mhux ipotetiku l-proċess leġiżlattiv tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;il-Parlament jinjora li, b’mod partikolari wara t-Trattat ta’ Lisbona, dokumenti preparatorji leġiżlattivi huma suġġetti għall-prinċipju li l-pubbliku jingħata l-iktar aċċess possibbli;jekk l-Artikolu 4(3) baqa’ applikabbli għax-xogħlijiet preparatorji leġiżlattivi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament wettaq żball ta’ liġi u applika b’mod żbaljata it-test ta’ interess pubbliku superjuri.It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE. Skont ir-rikorrent, il-Parlament naqas milli jagħti r-raġunijiet għaliex ċaħad l-aċċess għad-dokumenti mitluba abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi ma tax raġunijiet (i) għalie

x l-iżvelar sħiħ tad-dokumenti mitluba jimmina b’mod effettiv u speċifiku l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet inkwistjoni u (ii) għaliex ma jeżistix interess pubbliku superjuri f’dan i

l-każ.

____________