Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

(Kawża T-543/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt), Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem & M. Grunchard, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar l-inklużjoni tal-kumpannija OXEA, ibbażata fil-Ġermanja, bħala fornitur tas-sustanza attiva fil-lista prevista mill-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri; u

fid-dawl tal-appell pendenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-ECHA, tissospendi l-proċeduri skont l-Artikolu 69, u b’mod partikolari l-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, sakemm il-Bord tal-Appell tal-ECHA ikun iddeċieda dwar l-ammissibbiltà tal-appell quddiemha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jsostnu li, billi ppermettiet li kumpannija tiġi inkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fir-rigward ta’ sustanza partikolari, l-ECHA naqset milli tapplika l-liġi. In-nuqqasijiet tagħha tagħha f’dan ir-rigward huma bbażati fuq it-tliet motivi li ġejjin:1. L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-ECHA applikat ħażin ir-regoli dwar ir-rekwiżit li l-kumpannija tippreżenta dossier komplet skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.2. It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni f’dak li l-ECHA ttrattat kumpanniji li kienu fl-istess sitwazzjoni b’mod differenti.3. It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 62, 63 u 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 f’dak li kontra r-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament, l-ECHA naqset milli tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs bejn dawk il-kumpanniji li pparteċipaw fil-programm ta’ reviżjoni tas-sustanza partikolari jagħtu u dawk li peress li ma pparteċipawx fl-imsemmi programm, ma kellhomx isostnu l-ispejjeż relatati (magħrufa bħala “free-riders”).

____________