Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

(Kawża T-543/15) 1

(“Rikors għal annullament – Inklużjoni bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim, il-Ġermanja), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) u Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: C. Buchanan, W. Broere u M. Heikkilä, aġenti assistiti minn P. Oliver, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA tas-17 ta’ Ġunju 2015 dwar l-inklużjoni ta’ Oxea GmbH, stabbilita fil-Ġermanja, bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent ta’ Oxea GmbH u ta’ BASF SE.

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH u Diversey Europe Operations BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħlief għal dawk relatati mat-talbiet ta’ intervent.

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH, Diversey Europe Operations BV, l-ECHA, Oxea GmbH u BASF SE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.

____________

1 ĠU C 406, 7.12.2015.