Language of document : ECLI:EU:T:2016:612





cotfaancjeDigriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

(Affaire T-543/15)

“Rikors għal annullament – Inklużjoni bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ kumpannija bħala fornitriċi ta’ sustanza attiva, fil-lista prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 528/2012 – Rikors ippreżentat minn kumpanniji elenkati f’din il-lista bħala fornituri tal-imsemmija sustanza – Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 528/2012, l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 95(1)) (ara l-punti 29, 33, 36, 37)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar ir-reġistrazzjoni ta’ kumpannija bħala fornitriċi ta’ sustanza attiva, fil-lista prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament Nru 528/2012 – Esklużjoni (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 528/2012, l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 95(1)) (ara l-punti  78-80)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA tas-17 ta’ Ġunju 2015 dwar l-inklużjoni ta’ Oxea GmbH, stabbilita fil-Ġermanja, bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent ta’ Oxea GmbH u ta’ BASF SE.

3)

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH u Diversey Europe Operations BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħlief għal dawk relatati mat-talbiet ta’ intervent.

4)

Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH, Diversey Europe Operations BV, l-ECHA, Oxea GmbH u BASF SE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.