Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2017 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-542/15) 1

(“FEŻR – Programm operattiv tat-trasport u programmi operattivi reġjonali għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl – Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-pagamenti intermedjarji – Abrogazzjoni tal-att ikkontestat – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: J. Bonhage u F. Quast, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann u A. Tokár, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4979, tal-14 ta’ Lulju 2015, dwar is-sospensjoni ta’ parti mill-pagamenti intermedjarji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni għan-nefqa tal-programmi operattivi “Trasport” intiżi għar-reġjuni Ungeriżi ta’ Közép-Magyarország, Nyugat-Dunántúl, Dél-Alföld, Közép-Dunántúl, Észak-Magyarország, Észak-Alföld u Dél-Dunántúl.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 406, 7.12.2015.