Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2012 - Kitzinger vs UASI - Mitteldeutscher Rundfunk et Zweites Deutsches Fernsehen (KICO)

(Kawża T-249/10)

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KICO - Trade mark nazzjonali figurattiva u trade mark Komunitarja verbali preċedenti KIKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kitzinger & Co. (GmbH & Co. KG) (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Kitzinger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mitteldeutscher Rundfunk (Leipzig, il-Ġermanja); u Zweites Deutsches Fernsehen (Mayence, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Krause u F. Cordt, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Marzu 2010 (Każ R 1388/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn, minn naħa, Mitteldeutscher Rundfunk Zweites Deutsches Fernsehen u, min naħa l-oħra, Kitzinger & Co (GmbH & Co KG).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kitzinger & Co. (GmbH & Co. KG) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010.