Language of document : ECLI:EU:T:2017:471





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba Awla) tas-6 ta Lulju 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/14)

“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM - Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Rikors għal annullament – Sentenza ta annullament – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompattibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-ħlas lura tagħha – Annullament minħabba żball ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Analiżi ġdida meħtieġa mis-sentenza ta’ annullament li tista’ ssir mill-Kummissjoni mingħajr ma terġa’ tibda’ l-invetsigazzjoni tal-kawża – Dritt għal smigħ li ġie rrispettat matul l-adozzjoni tad-deċiżjoni annullata – Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-proċedura formali ta’ eżami – Ammissibbiltà

(Artikoli 108(2) TFUE u 266 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999)

(ara l-punti 44-60)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 68-74)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.16237 (C 58/2002) (ex N 118/2002) implimentata minn Franza favur l-SNCM.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.