Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Novembru 2012 - Il-Kummissjoni vs Strack

(Kawża T-268/11 P) 

("Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave - Leave tal-mard - Annullament fl-ewwel istanza tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-trasferiment tad-dritt tal-ġranet ta' leave annwali mhux meħuda mill-persuna kkonċernata- Artikolu 4 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 1e(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Direttiva 2003/88 KE - Appell fondat - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Ċaħda tar-rikors")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u J. Currall, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-15 ta' Marzu 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-120/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)    Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta' Marzu 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-120/07), hija annullata.

2)    Ir-rikors ippreżentat minn Guido Strack quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-120/07 huwa miċħud.

3)    G. Strack u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kemm fl-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll f'din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 232, 6.8.2011.