Language of document : ECLI:EU:T:2018:400





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat3 ta’ Lulju 2018 – Keramag Keramische Werke et vs IlKummissjoni

(Kawżi magħquda T379/10 RENV u T381/10 RENV)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Franċiż tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Parteċipazzjoni fl-akkordju ta’ ċerti entitajiet – Evalwazzjoni mill-ġdid tal-provi”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li torbot lill-Qorti Ġenerali – Kundizzjonijiet – Rinviju konsegwenti għal appell – Punti ta’ liġi maqtugħin definittivament mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell – Awtorità ta’ res judicata – Portata

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 61; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 215)

(ara l-punti 26 u 27)

2.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Provi dokumentali  – Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument – Kriterji

(Artikolu 101(1) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03)

(ara l-punti 47, 49, 52 u 58)

3.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Użu ta’ sensiela ta’ indizji – Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment – Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punt 62)

4.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Modalità ta’ prova – Provi dokumentali – Evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ dokument – Kriterji – Dokument redatt b’konnessjoni mill-qrib mal-fatti jew minn xhud dirett ta’ dawk il-fatti – Valur probatorju għoli

(Artikolu 101 TFUE)

(ara l-punt 63)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 final tat‑23 ta’ Ġunju 2010 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju), u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’dik id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Keramag Keramische Werke GmbH u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawżi C‑613/13 P, T‑379/10 RENV u T‑381/10 RENV.